Surġent tal-pulizija jsalva gawwi li jilmaħ fit-triq

Is-Surġent Formosa salva gawwi li ma kienx qed itir meta lemħu fi Triq il-Kosta nhar il-Ġimgħa li għadda.

Fuq Facebook, il-Korp tal-Pulizija faħħar lis-Surġent PS 290 mis-Sezzjoni tat-Traffiku talli waqaf u għen lill-għasfur billi ħadu mal-ġenb tat-triq. Huwa tah ukoll ftit ilma sakemm ma waslu fuq il-post il-pulizija mill-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva biex jassistuh.

Il-gawwi ma deherx li kien ferut, imma ttieħed għand il-veterinarju tal-Gvern għal check-up.

Saving a seagull while on patrol…👮‍♂️Last Friday while PS 290 J. Formosa from the Traffic section was on patrol at…

Posted by The Malta Police Force on Monday, July 1, 2019