Surġent iweġġa’ waqt argument bejn grupp ta’ żgħażagħ f’San Ġiljan

Surġent tal-Pulizija wegga’ waqt argument li nqala' bejn tliet ġuvintur.  Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija f’San Ġiljan.
Jirriżulta li meta l-Pulizija marret fuq il-post, kien hemm ġuvni ta’ 20 sena li kien qed jinżamm sakemm tikkalma s-sitwazzjoni.  Waqt li dan kien qed jittieħed fil-karozza tal-Pulizija, inqala' argument ieħor bejn tliet żgħażagħ li f’dak il-ħin avviċinaw lill-pulizija.
Kien dan il-ħin li l-pulizija weġġa’ u sofra minn xi ġrieħi ħfief.
L-età tal-persuni involuti tvarja bejn is-17 u d-19-il sena u huma kollha residenti Ħal Tarxien.
L-erba’ ġuvintur inżammu mill-Pulizija u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Fid-dawl ta’ dan, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija kkundanna dan l-aġir u qal li m’għandha tiġi ttollerata l-ebda forma ta’ vjolenza fuq membri tal-Korp waqt li jkunu fuq xogħol.
Dan wara li lbieraħ żgħażugħ ta' 26 sena minn Nadur ħebb għal Surgent tal-Pulizija fil-bajja tar-Ramla.
http://www.newsbook.com.mt/artikli/2014/8/16/zaghzugh-jagredixxi-surgent-fir-ramla.21167