Is-Supretendent tal-Pulizija Maurice Curmi ġie sospiż mill-Korp tal-Pulizija wara li rriżulta li ħa l-kokaina.
Il-ġurnali lokali qegħdin jirrappurtaw li s-Supretendent, li hu stazzjonat f’Għawdex, sarlu test tad-droga u fih irriżulta li ħa l-kokaina.
Jidher li sarlu t-test wara li kien hemm xi ħadd li qal lill-Korp u lill-Ministeru tal-Intern li s-Supretendent abbuża mid-droga. It-test sar fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.
Is-Supretendent irid jidher quddiem il-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku u jaf jitkeċċa minħabba din il-kwistjoni.