Suppliment tal-ikel irtirat mis-suq

Is-suppliment tal-ikel Tribusteron 90 tad-ditta Olimp Sport Nutrition m’għandux jiġi kkunsmat. Dan minħabba li fih sustanza mhux awtorizzata.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-konsumaturi biex ma jikkunsmawx il-prodott. Jgħid li minkejja li l-kumpanija ġiet obbligata tirtira din il-konsenja mis-suq, din baqgħet ma nġabritx kollha.