​Supermarket ineħħi l-prodotti ta’ barra minħabba r-razziżmu

Supermarket f’Hamburg fil-Ġermanja battal l-ixkafef mill-prodotti kollha li ġew minn barra l-pajjiż, biex jgħaddi messaġġ dwar ir-razziżmu. Dan fid-dawl tas-sentiment qawwi li hemm fil-pajjiż kontra l-immigranti.
Minflok, is-supermarket Edeka, poġġa tabelli li jgħidu li ‘l-ixkaffa ma fiha l-ebda kulur mingħajr diversità u varjetà’.
Tabelli oħra wasslu l-messaġġ li issa l-għażla għandha l-fruntieri u li nkunu ifqar bla diversità.
Kelliem għall-kumpanija qal li s-supermarkets ibigħu ikel minn diversi reġjuni fil-Ġermanja, imma mingħajr il-prodotti minn pajjiżi oħra, ma jkunux jistgħu joffru varjetà unika li l-klijenti japprezzaw.