Superman ta’ vera?

Ir-ritratt tal-għawwiem Ċek Michal Navratil jaqbeż minn għoli ta’ 27 metru ġibed l-attenzjoni ta’ eluf ta’ persuni li jidħlu fuq is-siti ta’ netwerks soċjali.

Dan ir-ritratt tal-għawwiem Ċek li għandu 28 sena inġibed waqt li kien qed jieħu sehem fil-High Diving World Championships li qed isiru f’Barċellona fi Spanja. Għalkemm spiċċa fir-raba’ post, xorta waħda Navratil irnexxielu jisraq l-attenzjoni tad-dinja hekk kif iddeċieda li jilbes il-mantell ta’ Superman għall-qabża tiegħu.