Superjur tal-MUSEUM akkużat li kkorrompa tifel

Superjur tal-MUSEUM qed jinżamm arrestat wara li llum tressaq il-Qorti b’akkużi li pprova jikkorompa tifel ta’ 10 snin.
Allegatament il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda meta s-Superjur ħa lit-tfal jgħumu f'Baħar iċ-Ċagħaq.
Jirriżulta li t-tifel seta’ ħaseb li se jiġi mmolestat meta waqt li kienu qed jilagħbu fil-baħar, is-Superjur għollieh darbtejn mill-ilma u ħaddnu miegħu.
Madanakollu l-avukat tal-akkużat, ċaħad dak li t-tifel qal lill-ġenituri, u sostna li l-klijent tiegħu qatt ma mess il-parti intima tat-tifel.
It-tifel qed jgħid li hu nduna minn qabel x’kien se jagħmel is-Superjur.
L-Ispettur Josric Mifsud fil-Qorti sostna li r-raġel ġie arrestat wara li t-tifel qal li ntlaqtet bi żbrixx il-parti ġenitali tiegħu.
Il-każ se jkompli jinstema’ fit-3 ta’ Settembru li ġej.