Supereroj minn ċkunitu; tarbija titwieled bil-poża ta’ Superman fl-Awstralja

Normalment jingħad li t-twelid huwa esperjenza trawmatika għat-trabi, peress li joħorġu minn ġuf ommhom, post kenni li jkunu qattgħu 9 xhur fih, għall-istorbju u d-dawl tad-dinja. Għal Harry, tarbija Awstraljana, iżda, dan ma kienx il-każ.

Harry sab fama mondjali minn ċkunitu peress li ommu xerrdet ritratt fuq il-midja soċjali taċ-ċkejken tagħha b’poża ta’ Superman. Mid-dehra twieled b’din il-poża.

Illum il-ġurnata Harry għandu 7 snin, imma ommu, Jessica Bree, xerrdet ir-ritratt din is-sena fix-xahar iddedikat lit-twelid b’ċesarja.