Superbug f’Mater Dei: “pazjenti kienu carriers u mhux infettati”

L-erba' pazjenti li allegatament qed ibatu mis-superbug New Delhi Metallo-Beta-Lactamase effettivament kienu carriers ta’ dan il-mikrobu u mhux infettati bih.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg. Hija staqsiet fost l-oħrajn dwar il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-pazjenti, x'wassal biex il-mikrobu ttieħed minn pazjent wieħed u nfirex fuq erba' pazjenti, x’falla mis-sistemi ta’ kontroll ta’ infezzjonijiet u jekk hux qed issir investigazzjoni dwar it-tixrid ta; dan il-mikrobu.
Superbug huwa mikrobu li huwa reżistenti għall-forom ta' antibijotiċi u kura oħra soltu użata biex teqirdu jew tinnewtralizzah.
Mizzi qal li l-pazjenti kienu carriers u għaldaqstant, il-prezenza tal-mikrobu f’dawn il-pazjenti ma kellha l-ebda impatt fuq il-kundizzjoni klinika tagħhom.