Super kompjuter tal-IBM jitgħallem isajjar

Is-super kompjuter tal-IBM, Watson qed iservi l-ikel minn trakk. 
Dan hu proġett li qed jittestja l-kapaċità tal-kompjuter bi sħab mal-Istitut tal-Edukazzjoni Kulinarja ta’ New York. 
Is-super kompjuter tnieda waqt konferenza teknoloġika li saret f’Las Vegas u s’issa ħoloq riċetti differenti u interessanti. 
Is-sistema taħdem billi toħloq ikliet kreattivi minn mijiet ta’ eluf ta’ ingredjenti. Tqabbilhom flimkien u tara x’inhuma l-elementi li fihom u kif jaqblu mal-psikoloġija tan-nies, ma x’jogħġobhom jieklu u kif il-palat uman jirreaġixxi għat-taħlita ta’ togħmiet. 
Il-kumpanija IBM qed tittama li Watson iġibilha mal-€1 biljun fi dħul sa erba’ snin oħra. 
It-trakk tal-ikel ta’ Watson se jkun għall-wiri fil-festival teknoloġiku ta’ Austin, Texas bejn nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu u t-Tlieta 11 ta’ Marzu.