“Suor Elsa kienet persuna qaddisa”

Elsa-Gretter-Laura-Vicuna-School-Facebook

Read in English.

L-aħbar tal-mewt ta’ Suor Elsa Gretter donnu li llum ixxukkjat ħafna nies li b’xi mod kien jafu. Is-soru Sależjana li għeet u ħadmet għal parti kbira minn ħajjitha f’Għawdex, mietet fl-età ta’ 79 sena.

L-iskola Laura Vicuna f’Għawdex esprimew id-dispjaċir tagħhom għall-aħbar u kkummentaw li “J’Alla l-Mulej jagħtiha l-ferħ, il-paċi u s-serenità li qasmet  matul ħajjitha kollha ma’ ġenerazzjonijiet ta’ studenti li attendew l-iskola tagħna”.

It is with great sorrow that we have got the news that Sr Elsa has passed away to a better life. May the Lord grant her…

Posted by Laura Vicuna School on Monday, January 4, 2021

Fuq il-midja soċjali ma naqsux il-kummenti sbieħ li jfakkru l-memorja tas-soru.

“It-tbissima kontaġġjuża tiegħek qatt ma tgħib. Strieħ fis-sliem Sr Elsa Gretter. Grazzi talli għamilna t-tfulija u l-adolexxenza tagħna ħafna aħjar.”

“L-aħbar nisslet fijja d-dwejjaq. Hija kienet tassew soru Sależjana, dejjem bi tbissima. Għadni niftakar l-ewwel ġurnata ta’ skola tal-ewwel tifel tiegħi f’Laura Vicuna meta hija kienet  laqgħatu! Alla jagħtiha l-paċi ta’ dejjem!”

“Suor Elsa kienet persuna qaddisa li dejjem kellha tbissima. Kienet maħbuba minn kulħadd. J’Alla l-Mulej jagħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem li tassew ħaqqha.”

Stireħ fis-sliem Suor Elsa!