Suor Cristina tħabbar kunċert f’Malta

Sor Cristina li rebħet il-finali ta’ The Voice of Italy ftit xhur ilu, se tkun f’Malta biex tagħti kunċert b’riżq il-Caritas Malta.
Il-kunċert Natale con Suor Cristina se jsir fid-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi fl-20 ta’ Diċembru.
Is-soru tal-Ursolini li għad għandha biss 27 sena ġibdet l-attenzjoni ta’ miljuni fl-Italja u madwar l-Ewropa mhux biss bil-vuċi tagħha imma anke bis-sempliċita’ u s-simpatija tagħha.
Il-messaġġ li dejjem twassal bil-kant tagħha huwa li Alla hu mħabba u kif issostni hi stess din hija l-missjoni tagħha li tixtieq twassal permezz tal-mużika.
Jakkumpanjaw lil Suor Cristina se jkun hemm numru ta' kantanti Maltin fosthom Amber u Gianluca Bezzina.