Suor Cristina mhux se tkun preżenti għar-raba’ episodju ta’ Ballando con le stelle

RAI

Is-Soru Cristina Scuccia,magħrufa bħala s-soru kantanta Taljana, kienet rebħet l-edizzjoni tal-programm Taljan The Voice fl-2014, mhux se tkun preżenti għal Ballando con le Stelle li se jittella’ nhar is-Sibt.

AQRA: Filmati: Suor Cristina tirbaħ The Voice

AQRA: Filmat: Soru tbellah lil kulħadd fuq ir-RAI

Dan minħabba li s-Soru se tibqa’ l-kunvent tlesti spiritwalment għall-Għid, fejn se tkun qed titlob ma’ sħaba s-sorijiet tal-Ursolini. Hi se tkun qed tirritorna fil-programm wara t-Tnejn tal-Ottava tal-Għid.

Il-programm Ballando con le Stelle li jixxandar fuq ir-Rai 1 huwa mmexxi minn Milly Carlucci. Matul il-programm se tkun qed tintwera l-esebizzjoni rrekordjata ta’ Suor Cristina li se tiġi vvuttata mill-pubbliku u minn Ivan Zazzaroni, Fabio Canino, Carolyn Smith, Selvaggia Lucarelli u Guillermo Mariotto.