Summit bejn il-Korea ta’ Fuq u ta’ Isfel f’April

Il-Korea ta’ Fuq u l-Korea ta’ Isfel  ftehmu dwar summit konġunt fis-27 ta’ April li ġej għall-ewwel darba f’aktar minn għaxar snin.
Dan wara li l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un wiegħed li se jikkommetti ruħu għat-tnaqqis tal-armamenti nukleari.
Uffiċjali tal-Korea ta’ Isfel ħabbru d-data tas-summit wara taħditiet li saru llum bejn iż-żewġ mexxejja, bl-aġenda tikkonċerna l-aktar it-tnaqqis tal-armamenti nukleari fil-Korea, u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ġewwa l-Korea nnifisha.
Ritratt: Reuters