Summer Daze: Ilbieraħ ħafna baqgħu barra; illum fejn se jsir?

Facebook Summer Daze

Read in English.

Wara li lbieraħ il-festival Summer Daze kellu jitmexxa l-Uno minflok sar ġewwa Ta’ Qali minħabba r-riħ, illum l-organizzaturi ħabbru li l-festival se jkun qed jitkompla f’Ta’ Qali.

Fi stqarrija maħruġa aktar kmienu llum fuq Facebook, l-organizzaturi rringrazzjaw lill-Uno Malta talli lbieraħ akkomoda l-festival fi żmien tant qasir. Intant skużaw ruħhom mal-għexieren ta’ persuni li baqgħu l-art minħabba li l-post ma kienx kbir biżżejjed biex jakkomoda l-istess ammont ta’ persuni li kieku kienu setgħu jidħlu f’Ta’ Qali.

Intant, fl-aħħar ħin tħabbret il-lista ta’ artisti li se jkunu qed jipparteċipaw fil-festival illejla fosthom James Arthur, Tyga u David Guetta.

The Official Summer Daze Malta DAY 3 – 15.08.19 Line Up🤩Doors Open at 16:00, See you at Ta Qali National Park.

Posted by Summer Daze Malta on Thursday, August 15, 2019