Suldati tal-Korea ta’ Fuq lesti li jmutu għal Kim Yong-un

Il-Korea ta’ Fuq wissiet lill-Istati Uniti biex ma tipprovokahiex għaliex hi “lesta tirribatti lura b’attakki nukleari”.
Dan id-diskors intqal hekk kif il-Korea ta’ Fuq qed tikkommemora l-105 snin anniversarju mit-twelid tal-president fundatur tagħha, Kim Il-sung.
Fost spekulazzjonijiet li l-mexxej kurrenti Kim Jong-un jista’ jordna li jsir test nukleari ġdid, f’Pyongyang kienet organizzata parata.
Eluf ta’ suldati kienu qegħdin jimmarċjaw qrib tankijiet tal-gwerra, bżieżaq u folol kbar tan-nies.
Fost il-missili li kienu qegħdin jiġu murija lill-pubbliku, jidher li kien hemm missili ballistiċi interkontinentali u dawk tas-sottomarini.
F’mument minnhom, is-suldati bdew jindirizzaw lil Kim Jong-un filwaqt li bdew ikantaw li “lesti li jmutu għalih”.