Suldati Libjani jmutu wara attakk qrib l-ajruport ta’ Bengażi

Żewġ suldati Libjani nqatlu u 15 oħra weġġgħu wara attakk vjolenti qrib l-ajruport ta’ Bengażi.
L-attakk seħħ minn militanti jihadisti li anke huma spiċċaw tilfu xi vittmi.
Il-militar Libjan jidher dejjem iktar magħqud fil-ġlieda tiegħu kontra l-estremisti hekk kif il-pajjiż għadu ma jistax isib il-paċi.