Suldati Amerikani kontra l-gwerra fis-Sirja

Minkejja li l-President Amerikan Barack Obama jemmen li intervent militari fis-Sirja huwa l-aħjar għażla, mhux kulħadd qed jaħsibha bħalu.

Fost dawn hemm numru ta’ suldati tal-Militar Amerikan li tefgħu ritratti u messaġġi kontra l-gwerra fis-Sirja fuq in-network soċjali Reddit.

Wieħed mir-ritratti juri suldat Amerikan iżomm quddiem wiċċu karta bil-kliem: “Obama, jien ma sirtx parti mill-Forza Navali biex niġġieled lill-Al Qaeda f'gwerra ċivili fis-Sirja." Messaġġ ieħor jgħid: “Jien ma sirtx suldat biex noqtol lill-foqra għas-sinjuri,” filwaqt li oħrajn juru b’mod ċar li huma kontra l-gwerra fis-Sirja.