Suldat tan-Nazzjonijiet Magħquda maqtul waqt il-ġlied f’Golan

Tnejn inqatlu u seba’ oħra sfaw feruti f’attakk li l-Ħeżbollah wettqu f’Golan.
Fost il-mejta hemm ukoll suldat tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Kelliem għall-armata tal-Libanu qalu li dan is-suldat huwa Spanjol.
Huwa miet fil-ġlied bejn l-Ħeżbollah u s-suldati Iżraeljani fil-fruntiera mal-Libanu.
Il-ġlied beda meta vettura militari Iżraeljana ntlaqtet minn rokit li ġie sparat mil-Libanu.
Aktar tard l-Ħeżbollah qalu li kienu huma wara dan l-attakk.