Suldat tal-AFM jingħata medalja għall-kontribut fis-Somalja

Il-Kmandant tal-Kontinġent Nazzjonali Malti, il-Logutenent Kurunell Michael Cardona ingħata medalja bħala rikonoxximent għall-kontribut li qed jagħti fil-missjoni tal-Unjoni Ewropea fis-Somalja fl-Afrika.
Flimkien ma’ Cardona, ingħata medalja wkoll il-Kaptan tal-bastiment HNLMS De Zeven Provincien.
Sal-lum, 21 suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta mill-ewwel reġiment ġew skjerati abbord dan il-bastiment Olandiż, li qed jopera mal-kosta Somala.
Din l-operazzjoni hija ntiża kontra l-piraterija fir-reġjun.