Suldat Russu jinqatel f’salvataġġ għall-ekwipaġġ tal-ajruplan li twaqqa’

Suldat russu nqatel waqt ħidma ta’ salvataġġ b’ħelikopter biex jiġu salvati l-membri tal-ekwipaġġ tal-ajruplan militari li lbieraħ twaqqa’ mit-Turkija qrib il-fruntiera mas-Sirja.
Hu nqatel meta l-ħelikopter tiegħu safa fil-mira tar-ribelli fit-tramuntana tas-Sirja, fejn ikkraxxja l-ajruplan.
Il-President Amerikan Barack Obama assigura lill-Prim Ministru Tork dwar l-appoġġ mill-Istati Uniti biex it-Turkija tiddefendi s-sovranità tagħha.
Filwaqt li t-Turkija qed tgħid li l-ajruplan militari daħal fl-ispazju tal-ajru Tork, il-President Russu Vladimir Putin qed jinsisti li l-ajruplan intlaqat minn missilla fit-territorju Sirjan.
Ilbieraħ filgħaxija għexieren ta' demostranti nġabru quddiem il-Konsulat Russu f'Istanbul fi protesta għall-ħidma Russa fir-reġjuni Torok fis-Sirja.