Suldat liberat wara żball

Read in English.

Suldat Naxxari ta’ 24 sena il-bieraħ ġie illiberat minn akkużi li fera gravi tfajla, waqt argument f’Paceville.

Il-każ idur ma’ żball ta’ identifikazzjoni ta’ min kien l-aggressur li fajjar daqqa ta’ ponn f’wiċċ tfajla waqt li ħuha tkeċċa minn post ta’ divertiment f’Paceville mis-security.

Fil-Qorti ħareġ li għalkemm it-tfajla identifikat lil Robert Baldacchino, mill-provi ħareġ li mill-kommossjoni li nqalgħet ma kienx hu li ta d-daqqa.

Il-Maġistrat Mifsud illibera lil Baldacchino mill-akkuża ta’ feriment gravi.