Suldat joqtol 26 persuna fit-Tajlandja

REUTERS/Athit Perawongmetha

Suldat li qatel 26 persuna f’attakk fil-belt Tajlandiża ta’ Nakhon Ratchasima inqatel minn forzi tas-sigurtà, skont il-pulizija tal-post.

Skont il-BBC, is-Sibt Jakraphanth Thomma qatel l-uffiċjal kmandant tiegħu qabel ma seraq armi tan-nar minn kamp militari.

Is-suspettat kompla bl-attakk tiegħu fit-toroq u f’ċentru tal-ħwienet f’Nakhon Ratchasima, magħruf ukoll bħala Korat.

Is-suldat, li xeħet materjal fuq il-midja soċjali, inqatel wara li nqabad f’binja matul il-lejl.