Suldat Ingliż jiġi rrapurtat nieqes fi ski-resort Franċiża

Suldat Ingliż ta’ 27 sena ġie rrapurtat nieqes fi Ski-resort Franċiża. L-aħħar li deher, Simon Daw kien nhar it-Tlieta li għadda meta kien qatta’ lejla ma’ tnejn minn sħabu f’night club.

Qed jintqal li hu kien ħa xi alkoħol iżda mhux f’ammont eċċessiv. Bdew ukoll it-tfittxijiet bil-ħelikopter b’attentat li jinstab dan is-suldat.