Suldat imfaħħar għall-ħidma barra minn Malta

Suldat Malti ngħata tifħir fi tmiem postazzjoni ta’ erba’ xhur, fil-kwartieri ġenerali militari Ewropej f’Ruma bħala parti mill-ħidma militari Sophia.
Il-Maġġur James T Grech ġie ppreżentat b’ittra li fiha ġie rringrazzjat għall-professjonalità kbira tiegħu, għall-impenn personali u d-dedikazzjoni li wera lejn l-impenn tiegħu waqt xogħlu f’Ruma.
Uffiċjal Taljan irringrazzja lill-Maġġur Malti u qal li hu ta’ unur għalih personali, għal Malta u għall-Unjoni Ewropea.
Fi stqarrija qasira, il-Forzi Armati ta’ Malta qalu li huma kburin b’uffiċjali daqshekk iddedikati li jkomplu jgħollu r-reputazzjoni ta’ Malta f’ħidma internazzjonali. 
Ritratt: AFM