Suġġeriment lill-Kunsill Lokali l-ġdid tal-Belt Victoria

MGOZ: Terry Camilleri

Minn din ir-rubrika nixtieq nifraħ lill-Kunsill Lokali l-ġdid tal-belt Victoria li fil-jiem li għaddew ħa l-ġurament tal-ħatra fi Pjazza Indipendenza Victoria għas-snin li ġejjin flimkien ma’ għadd ta’ Kunsilli oħra.

Ċert li l-membri kollha li mhumiex ġodda f’din il-kariga se jissuktaw jagħmlu ħlilithom biex jagħtu dehra aħjar lil beltna u jżommuha iktar nadifa.

U sa nagħmlilhom l-ewwel suġġeriment biex jaslu wasla sa Triq Sir Paul Boffa Victoria u jaraw fejn sparixxa isem it-triq billi issa tiela binja ġdida fil-bidu tagħha u dan l-isem ma reġax twaħħal f’postu.  Ħafna qed jinfixlu meta jaslu s’hawn billi ma jkunux midħla tal-inħawi.  Lagħqa żebgħa lit-tabella li turi li minn hawn ma jistgħux jgħaddu vetturi ta’ ċertu kobor u piż forsi tbeżża u tgerrex lil min qed jikser il-Liġi sfaċċatament u kontinwament.

Intant xtaqt ngħid ‘grazzi’ lill-Kunsill ta’ qabel immexxi minn Dr Samuel Azzopardi għax-xogħol kollu li wettaq kemm dam fil-kariga!