​Suċċessi minn diversi sewwieqa Maltin fi tmiem il-ġimgħa

drag racing

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda ġewwa Santa Pod waqt attivita tad-Drag Racing fl-Ingilterra John Martin b’Escort Mk1 għamel ħin 7.4 sekondi u veloċita ta 184 mil fis-siegħa kif ukoll għamel l-ewwel 60 pied f’1.17 sekonda.
Ma’ John Martin kien hemm Justin Muscat is-sewwieq ta l-Escort Mk1 bl-isem Terminator li sfortunatament ma marx daqshekk tajjeb peress li l-karozza sofriet diversi ħsarat. Paul Fenech fuq Escort MK1 ta’ Andy Harris li jinstaq anke ġewwa Malta b'mod regolari għamel ħin rekord 10.74, rekord ta 122 mil fis-siegħa u 60 pied f' 1.40 sekondi.
Zach Zammit f’ Loton Park Hillclimb permezz tal-karozza Empire EVO 1600cc spiċċa il-ġurnata fit-tieni post fil-klassi tiegħu u ir-raba’ bl-aqwa ħin tal-ġurnata fost 160 karozza. Zammit tejjeb il-ħin personali tiegħu fuq din it-trakka għal 47.73 sekondi. 
Fi Sqallija Noel Galea li permezz tal-Escort MK2 ipparteċipa fil-hill climb ta’ Valle D’Anapo f’Sortino spiċċa l-ewwel fil-klassi tiegħu, u fit-12 il-post minn 126 karozzi.
Fi tmiem il-ġimgħa li gej l-attenzjoni se terġa ddur lejn Santa Pod fejn se naraw lil Franklyn Borg u lil Glenn Borg jieħdu sehem fit-tieni rawnd tal-Kampjonat Ewropew FIM filwaqt li iċ-Ċhampion Ewroprew renjanti tat-Top Fuel Dragster Duncan Micallef se jkun qiegħed jiddefendi t-titlu fl-ewwel rawnd tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing organizzat mill-FIA.