Suċċess kbir: Ħruġ ta’ Ishma bi Dritt tal-BOV

Bank of Valletta p.l.c. illum ħabbar li Ħruġ ta’ Ishma bi Dritt ta’ 105 miljun sehem ġdid, li għalqet fis-2pm tal-bieraħ irċeviet applikazzjonijiet ikbar mill-offerta.
Fi stqarrija l-Bank qal li l-kapital maħruġ ammonta għal €150 miljun, li jagħmilha l-ikbar ħruġ ta' ekwità li qatt saret f'Malta. Il-Bank irċieva applikazzjonijiet li jammontaw għal kważi €200 miljun, li rriżultaw f'sottoskrizzjoni żejda ta' madwar €50 miljun.
Il-BOV żied jgħid li l-politika tal-allokazzjoni tal-bank dwar Ħruġ ta’ Ishma bi Dritt se tiġi kkomunikata permezz ta' tħabbira tal-kumpanija fil-jiem li ġejjin.