It-tennista Ingliża Francesca Jones jonqosha tirbaħ logħba oħra biss biex tkun tista’ tieħu sehen fl-Australian Open. Nhar it-Tnejn li għadda l-ewwel għelbet lil Monica Niculescu tar-Rumanija mbagħad lil Jana Fett tal-Kroazja.
Jones, ta’ 20 sena minn Leeds, hija tennista unika għax għandha żewġt iswaba nieqsa f’kull id iżda minkejja dan ma naqsix milli twitti t-triq li għandha twassalha għal wieħed mill-akbar tournaments tat-tennis fid-dinja. Il-kundizzjoni tagħha hi magħrufa bħala Ectrodactyly Ectodermal Dysplasia.
It-tennista hi fil-ħames post fost l-aqwa tennisti Ingliżi. Fil-fatt hi l-unika tennista Ingliża li għaddiet għall-fażi li jmiss fil-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Australian Open li bħalissa qed isiru f’Dubai.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.