Suċċess ieħor għal Dorothy Bezzina

Il-kantanta Dorothy Bezzina, li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet rajnieha tippreżenta flimkien ma’ ħuha Gianluca l-finali tal-festival L-Għanja tal-Poplu, għadha kif kisbet suċċess ieħor fil-mużika.

Il-kantanta ta’ 33 sena filfatt għadha kif kisbet il-liċenzja fil-Musical Performance (kant klassiku) mogħtija b’distinction.

Bezzina rringrazzjat lill-mentor tagħha, is-sopran Miriam Cauchi għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħha kif ukoll lill-mużiċista Maria-Elena Farrugia li akkumpanjata f’dan il-vjaġġ biex setgħet tikseb din id-diploma.

Licentiate in Music Performance (Classical Singing) awarded with Distinction!Special thanks to my mentor, Miriam…

Posted by Dorothy Bezzina on Wednesday, September 16, 2020

Nawguraw lil Dorothy aktar suċċessi fil-qasam mużikali.