Suċċess ieħor għal Division 7

Ritratt: Facebook

Il-Ġimgħa filgħaxija mmarka suċċess ieħor għall-producers tas-sesniela Division 7 hekk kif waqt attività mtella’ fl-Arka ta’ Noe, ħafna dilettanti ta’ din is-sensiela ingħaqdu magħhom u mal-atturi biex isegwu l-aħħar żewġ puntati tas-seba’ staġun tas-sensiela Division 7 li jixxandar nhar ta’ Erbgħa fid-9pm fuq l-istazzjon One.

Is-serata li ttellgħet jumejn ilu kienet waħda ta’ suċċess u bla dubju li d-dilettanti ta’ din is-sensiela jsitennew aktar avvenimenti minn dawn biex ikunu jistgħu anki jiltaqgħu mal-atturi li jinterpretaaw il-karattri favoriti tagħhom.

Ritratt: Facebook

L-istorja issa tidher li kkumplikat mhux ħażin u saret ħafna interessanti minn qabel. Bla dubju li bosta huma dawk li se jkunu qed iħossu n-nuqqas ta’ din is-sensiela hekk kif tasal fi tmiemha fuq it-televiżjoni ħmistax oħra.

Ritratt: Facebook

Division 7 se jkun qed ikompli bit-tmien staġun fit-18 ta’ Marzu, u jibqa’ għaddej għal tmien ġimgħat sas-6 ta’ Mejju.

Ritratt: Facebook

Bejn it-8 ta’ Jannar u l-11 ta’ Marzu, sakemm jerġa’ jibda Division 7, il-kumpanija D.B.A. Entertainment, l-istess waħda ta’ Division 7 se tkun qed twassal il-programm Game Over.