Suċċess għall-karnival tas-sajf f’Buġibba

Il-karnival tas-sajf li sar f’Buġibba kien rekord. Dan mhux biss fin-numru ta’ parteċipanti u kumpaniji li ħadu sehem fl-isfilata imma wkoll fl-ammont ta’ nies li attendew.

Il-karnival sar matul tmiem il-ġimgħa li għadda fit-toroq ewlenin ta’ Buġibba u Qawr, bit-toroq ta’ dawn l-inħawi turistiċi jimtlew bil-kulur u l-attivitajiet.

Il-Karnival tas-sajf, li reġa sar wara waqfa ta' sena, kien jinkludi defilé madwar it-toroq ta' Buġibba u l-Qawra. Dan spiċċa fil-pjazza bi spettaklu mill-aqwa ta' karrijiet li nħadmu apposta għal dan il-karnival, maskaruni dekorati, kumpaniji taż-żfin, wirja ta` artiġġjanat kif ukoll ġostra u ħafna divertiment ieħor.

Id-Direttur tal-Karnival Jason Busuttil qal li s-sena d-dieħla se jkomplu jaħdmu biex il-karnival tas-sajf ikompli jikber u jissaħħaħ.