Suċċess għall-Festival tan-Nar f’Għawdex

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt il-kumpanija Gozo Channel ħadmet 62 vjaġġ bejn Malta u Għawdex u ġarret 18,800 persuna u 5,300 vettura bis-sewwieq.
Dan hu 17% iktar mill-istess tmiem il-ġimgħa s-sena li għaddiet.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) qalet li ċ-ċifri pożittivi waslu parzjalment minħabba l-edizzjoni suċċess tal-Festival Internazzjonali tan-Nar, li għall-ewwel darba saret ukoll f’Għawdex.
F’din l-edizzjoni ħadu sehem kmamar tan-nar mill-Ukraina, mill-Portugall u l-kamra tan-nar Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq.
L-awtorità fakkret li l-aħħar serata tal-festival se ssir is-Sibt filgħaxija fil-Port il-Kbir u tibda fid-9.30pm. 
Ritratt: Matt VR Photography