Suċċess għall-akkademja ta’ Pietà

FB: Pieta' Hotspurs FC Academy

It-tim ta’ taħt id-19-il sena tat-tim ta’ Pietà rebħu l-kompetizzjoni tan-Knock Out ta’ din is-sena. Huma rnexxielhom jiskurjaw gowl wieħed, iżda rriżulta li kien biżżejjed biex jirbħu t-titlu. L-awtur tal-gowl kien Liam Mckay li rnexxielu jegħleb lill-gowler ta’ Qormi.

Aktar kmieni dan ix-xahar, l-istess tim tilef il-logħba mid-decider ta’ section A kontra B’Kara wara li sofrew il-gowl tar-rebħa, minuti biss minn tmiem il-logħba. It-tim reġa’ qam fuq saqajh hekk kif rebaħ is-semi finali tan-Knock Out kontra Luxol xi jiem wara, biex umbad ikkwalifika għall-finali.

L-akkademja ta’ Pietà kellha suċċessi oħra din is-sena hekk kif it-timijiet ta’ taħt il-15 u s-17-il sena rnexxielhom jirbħu l-kampjonat tas-sezzjoni tagħhom kif ukoll in-knock out.