Filmat: Suċċess għal Mdina Glass Classic Car Show & Rally

Read in English.

F’temp mill-isbaħ, il-Ħadd 8 ta ‘Diċembru, l-Old Motors Club Malta, li din is-sena ċċelebra it-30 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu organizza edizzjoni oħra ta l-Mdina Glass Classic Car Show & Rally

Madwar 30 Karozza ikkompetew fir-Rally u madwar 30 oħra ħadu sehem f’wirja fejn l-istabiliment ta Mdina Glass ġewwa Ta Qali.

Ir-Rally jikkonsisti f’dawra fuq rotta stabilita minn qabel, li normalmenti tinkludi toroq li ma tantx jigu frekwentati, fil-kampanja, u li joffru xenarju uniku u mill-isbaħ f’pajjiżna. Ir-rotta tkun trid tiġi ivvjaġġata fuq istruzzjonijiet tipiċi, f’ħin u b’veloċita stabilita minn qabel. Kull karozza li tikkompeti normalment ikolla tim ta sewwieq u navigatur jew navugatriċi.

L-eta ta karozzi varjat bejn 1920 u is-snin disajn. Issa l-istennija hija għat-12 ta Jannar fejn f-attivita apposta ġewwa il-post ta l-Old Motors Club fil-Mosta jitħabru ir-risultati.