Suċċess għal atleta Malti tat-triathlon

Il-Ħadd li għadda, l-atleta tat-triathlon Fabio Spiteri sar l-ewwel Malti li qadef ir-rota tul il-kosta ta’ Sqallija flimkien ma tlett ċiklisti Taljani oħra.

Ir-rotta hija twila madwar elf kilometru fuq firxa ta’ tlett ijiem.

Dan is-suċċess ġie kważi sena wara li Spiteri temm b’suċċess l-isfida tad-Double Ironman. Huwa rnexxielu jistabbilixxi r-rekord nazzjonali kurrenti f’din il-kompetizzjoni.

Ir-rotta bdiet mill-port storiku ta’ Sciacca fuq il-kosta tan-nofsinhar ta’ Sqallija. It-terran u l-pajsaġġ għamilha ferm diffiċli għall-atleti, iżda dan ma kienx biżżejjed. Iċ-ċiklisti kellhom jikkumbattu kontra rwiefen qawwija li ħabbtu wiċċhom magħhom għal żewġ terzi tal-vjaġġ.

Spiteri issa qed jaspira li jkun l-ewwel Malti li jieħu sehem fit-Triple Ironman – tellieqa bl-għawm ta’ 11.4km, 540km bir-rota u 126km ġiri.