Suċċess għal 12-il Malti fil-Wirja Dinjija tal-Għasafar

12-il Malti li jrabbu l-għasafar rebħu 15-il midalja f’isem Malta, inklużi erba' titli tal-kampjonat dinji, f'diversi klassijiet ta’ razza ta’ kanarini u European finches matul is-66 edizzjoni tal-wirja u kompetizzjoni mondjali, organizzata mill-Konfederazzjoni Ornitoloġika Mondjali.
Kull Jannar, din il-konfederazzjoni internazzjonali ta’ klabbs tal-għasafar ittella’  kompetizzjoni globali kbira f'pajjiż differenti.
L-avveniment ta’ din is-sena kien organizzat u ospitat f'Ċesena l-Italja, fejn eluf ta' esibituri kkompetew f'din l-wirja b'numru rekord ta’ esibiti ta’ aktar minn 32,000 għasfur f'diversi kategoriji.   
Permezz tal-BBA-COM Malta, 39 kompetitur li jrabbu l-għasafar minn diversi klabbs tal-għasafar f'Malta ħadu sehem u kkompetew ma' esibituri internazzjonali fl-edizzjoni tal-2018. Dawn huma r-rebbieħa Maltin tal-midalji:
Roderick Abela – żewġ midalji tad-Deheb, u midalja tal-bronż
Marco Micallef – midalja tad-Deheb
Matt Vassallo – midalja tad-Deheb
Mark Scicluna – midalja tal-Fidda
Emanuel Cassar – midalja tal-Fidda
Sandro Cortis – midalja tal-Fidda
Steve Aloisio – żewġ midalji tal-Fidda
John Mallia – midalja tal-Fidda
William Rutzen – midalja tal-bronż
Franklyn Xuereb – midalja tal-bronż
Keith Camilleri – midalja tal-bronzż
Rodney Camilleri – midalja tal-bronż