Sturridge ma’ Seville?

Il-klabb immexxi minn Vincenzo Montella, Sevilla, għadhom ma ħarġu l-ebda offerta uffiċjali għall-attakkant ta’ Liverpool, Daniel Sturridge.
Dan ġie żvelat fil-bullettin tal-aħbarijet sportivi ta’ Sky Sports, filwaqt illi żiedu jgħidu illi minkejja kollox Sturridge jista’ jkun l-alternattiva għal Michy Batshuayi ta’ Chelsea illi wkoll qed jiġru wara l-firma tiegħu.
Madankollu din l-aħħar għażla tidher xi ftit ikkumplikata minħabba illi Batshuayi huwa msemmi wkoll ma’ Roma.
Min-naħa l-oħra Sturridge issemma wkoll illi jista’ jingħaqad ma’ Inter, Fis-sigħat illi ġejjin jista’ jiġri minn kollox bil-plejer Ingliż illi jrid jintgħażel għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li jmiss.