Stupra u qatel tifla fil-Ġermanja

Il-Pulizija tal-Iraq qalet li raġel ta’ 20 sena ammetta li stupra u qatel tifla ta’ 14-il sena fil-Ġermanja.
Skont ir-Reuters, ir-raġel li huwa mill-Iraq ammetta li qatel lil Susanna Feldman. Il-każ reġa’ qajjem dibattitu dwar l-immigrazzjoni.
It-tifla Lhudija, li kienet toqgħod qrib Frankfurt, instabet mejta l-Erbgħa li għadda ħdejn ċentru tar-refuġjati fejn l-allegat aggressur kien joqgħod.
Mill-awtopsja li saret ħareġ li kienet il-vittma ta’ attakk sesswali u vjolenti. Skont il-Pulizija, m’hemm l-ebda evidenza li turi li r-reliġjon tagħha kienet fattur li wassal għall-mewt tagħha. Il-Kunsill Ċentrali għal-Lhud fil-Ġermanja avża kontra spekulazzjoni li dan l-attakk kellu xi mottiv anti-Semitiku.
Ritratt: Reuters