Stupra mara f’Għawdex; jinżamm taħt arrest

Raġel li tressaq il-Qorti llum akkużat bi stupru f’Għawdex baqa’ jinżamm taħt arrest.

Fi stqarrija mill-Korp tal-Pulizija kien spjegat li llum il-Pulizija ressqet Niġerjan ta’ 29 sena residenti r-Rabat Għawdex fil-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech. Hu kien akkużat li lbieraħ, bejn 12pm u s-2.30pm, waqt li kien fir-Rabat stess, stupra mara filwaqt li żamm lill-mara kontra l-volonta tagħha.

Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu. Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.