Stuffat tat-tonn

Ingredjenti

400g tonn maqtugħ f’biċċiet ta’ 12cm x 14cm

1 basla mqattgħa

2 rjus tat-tewm

400g patata sslajsjata

400g tadam slajsjat

8 żebbuġiet imqatta’ biċċiet

2 mgħaref kappar

3 weraq tan-nagħniegħ

Metodu

Għaddi l-biċċiet tat-tonn mid-dqiq u aqlihom. Neħħihom mit-taġen.

Fl-istess taġen aqli l-basal ħafif ħafif. Żid it-tadam u t-tewm u sajjar fuq nar bati  sakemm isiru.

Ferragħ 280ml ilma, saħħan sakemm jagħli u żid il-patata, iż-żebbuġ, il-kappar u l-weraq tan-nagħniegħ.

Għatti t-taġen u sajjar sakemm issir il-patata.

Żid il-ħut u saħħan għal 5 minuti oħra.

Tista’ tuża ħut ieħor imma neħħi minnu kemm tista’ xewk.