Stuffat tal-Qlub tal-Qaqqoċċ

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Ingredjenti għall-Istuffat:

  • 8 qlub tal-qaqoċċ
  • 200gr basal
  • 400gr tadam
  • Ras tewm
  • Mgħarfa nagħniegħ u merqtux
  • 4 werqiet tar-rand
  • 600gr patata
  • 200gr pizelli
  • Nofs kuċċarina spajs imħallat
  • 50ml ilma

Ingredjenti għall-Mili:

  • 2 mgħaref tursin
  • Mgħarfa nagħniegħ
  • 4 mgħaref frak tal-ħobż
  • 8 żebbuġiet
  • 50gr tonn taż-żejt

Metodu għall-Istuffat:
1. F‘kazzola kbira itfa‘ l-ilma, il-basal, it-tadam, it-tewm, in-nagħniegħ, il-merqtux, il-weraq tar-rand u l-ispajs imħallat.
2. Poġġi l-kazzola fuq in-nar u tektek għal 10 minuti.
3. Żid il-patata u l-qlub tal-qaqoċċ mimlija.
4. Kompli sajjar sakemm tiftaħ tagħli u wara kompli tektek għal tliet kwarti ta‘ siegħa.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK