Stuffat tal-qarnit

Read in English.

Riċetta ta’ Anton B Dougall 
Ingredjenti 

  • Qarnita ta’ madwar 1.5kg 
  • 300gr basal 
  • 120gr piżelli 
  • 60gr żebbuġ iswed 
  • 400gr tadam 
  • Imgħarfa kunserva
  • Tazza nbid aħmar
  • 400gr patata 
  • Tewm
  • Żejt taż-żebbuġa 
  • Lumija 

Metodu
1. Qalli l-qarnita għal 35 minuta. Meta jgħaddi l-ħin itfti n-nar u ħalliha fil-misħun sa kemm tibred. 
2. Qaxxar il-basal u t-tewm u qatta’ f’biċċiet żgħar. Saħħan ftit żejt taż-żebbuġa u qalli malajr il-basal u t-tewm. Żid il-kunserva, biċċiet żgħar tat-tadam, patata mqaxxra u mqatta’, piżelli u inbid aħmar. 
3. Ħokk il-lumija u żid flimkien maż-żebbuġ fiz-zalza. Meta jiftaħ jgħali, baxxi n-nar u kompli sajjar fuq nar baxx. 
4. Aqta’ l-qarnita f’biċċiet imdaqqsa u żid maz-zalza. Kompli sajjar għal 40 minuta fuq nar baxx. Jekk il-likwidu jinxef żid ftit ilma.
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK