Stuffat tal-ħut

Ingredjenti

Kaħli, muletti u ħut ieħor li tixtieq

2 basliet

2 rjus tat-tewm

żejt

tursin

melħ u bżar

werqa randa

flieli ta’ nofs lumija

Metodu

Aqli l-basal imqatta’ rqiq fiż-żejt għal xi tliet minuti. Żid it-tewm imqatta’ rqiq, il-bżar u l-melħ, il-werqa randa u l-lumi li tkun neħħejtlu ż-żerriegħa.

Qatta’ l-ħut f’biċċiet ftit kbar u żidu mat-taħlita.

Poġġi kollox f’borma u żid biżżejjed ilma biex tgħatti l-ħut. Sajjar fuq nar moderat sakemm tara li l-ħun ikun sar.

Servi bi ftit tursin imqatta’ rqiq fil-wiċċ.