Stuffat taċ-ċanga bil-kaboċċi

canga-kabocci

Ingredjenti

450g kapuljat taċ-ċanga

1 basla kbira, mqattgħa

130g faqqiegħ, isslajsjat

kaboċċa qies mezzan, imqattgħa biċċiet kbar

1 bott meraq tat-tadam

130g ross ismar

100g kunserva

40g zokkor ismar

2 kuċċarini meraq tal-lumi

1 kuċċarina sagħtar niexef

1 kuċċarina tursin

nofs kuċċarina bżar

Metodu

F’borma sajjar flimkien il-laħam, il-basal u l-faqqiegħ fuq nar moderat sakemm il-laħam ma jibqax roża.

Żid l-ingredjenti l-oħra kollha u saħħan sakemm jibda jagħli. Wara baxxi n-nar u sajjar fuq nar moderat sakemm ir-ross u l-kaboċċa jsiru, madwar 15-20 minuta.

Servi mal-patata mgħollija jew patata maxx.