Ingredjenti
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
200g basal imqatta’
2 sinniet tewm imqattgħa
3 isdra tat-tiġieġ
4 zalzett tal-Malti
400g fażola bajda msajra
2weraq tar-rand
600g brodu tat-tiġieġa tad-dadi
60ml meraq tat-tadam
2 tadamiet imqattgħa
Metodu
Aqli l-basla u t-tewm sakemm jieħdu kulur dehbi. Itfa’ t-tiġieg u kompli sajjar sakemm jieħdu l-kulur.
Neħħi t-tiġieġ u l-basal mit-taġen. Taqqab iz-zalzett tal-Malti u aqlih. Wara qattgħu roti roti. Ħallat flimkien iz-zalzett u l-fażola, qatta’ t-tiġieġ biċċiet u żidu mat-taħlita flimkien mal-ingredjenti l-oħra kollha.
Daħħal fil-forn u sajjar mgħotti għal madwar sagħtejn f’170˚Ċ/352˚F.