Studjużi Iżlamiċi jitolbu bdil fil-kurrikulum edukattiv kontra l-estremiżmu

250 studjuż influwenti mid-dinja Iżlamika ffirmaw ftehim, li qed jissejjaħ id-Dikjarazzjoni ta’ Marrakech, jappellaw għal libertà reliġjuża.
Skont l-Aġenzija Fides, li rat id-Dikjarazzjoni, din titlob lill-istudjużi jiżviluppaw il-kunċett taċ-ċittadinanza f’territorji u liġijiet Iżlamiċi u tappella biex ikun hemm reviżjoni mill-qiegħ tal-kurrikulum edukattiv biex jitrażżan l-estremiżmu li jwassal għal gwerra u kunflitt.
Fuq quddiem hemm il-kundanna li r-reliġjon tintuża kontra minoritajiet f’pajjiżi Musulmani.
Għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni kien hemm 50 mexxej ta’ reliġjonijiet oħra minbarra l-Iżlam, li esprimew gratitudni għal din il-pożizzjoni uffiċjali.