Studju: Tliet kikkri te’ kuljum inaqqsu r-riskju ta’ attakk tal-qalb

Sempliċiment billi wieħed jieħu tliet kikkri te’ kuljum, jista’ inaqqas ir-riskju ta’ attakk tal-qalb b’20%. Skont studju riċenti li sar mill-Università fl-Los Angeles, it-te’ iservi ta’ protezzjoni kontra l-kawża tal-mewt li toqtol mal-200 persuna kuljum fir-Renju Unit.

Minħabba l-kundizzjonijiet relatati mal-qalb, is-sistema tas-saħħa Ingliża tonfoq madwar €2.5 biljun kull sena fi trattament ta’ aktar minn 100,000 persuna li huma affettwati.  

Sal-lum il-ġurnata saru bosta studji li kollha taw indikazzjoni li din ix-xarba sħuna tagħmel tajjeb għall-prevenzzjoni ta’ attakki tal-qalb.

Minħabba li l-istudji kienu kollha mhux konklussivi, l-Università Amerikana ġabbret ħames studji li kollha jagħtu indikazzjoni li t-te’ tabilħaqq jipprevjeni l-mard tal-qalb.