“Studjajt u fadallek x’toffri” – Maġistrat lil akkużat

Raġel akkużat li seraq karozza spiċċa l-Qorti fejn il-Maġistrat qallu li kien studja u li fadallu x’jista’ joffri.

Andrew Depasquale ta’ 30 sena min-Naxxar ingħata sentenza ta’ 18-il xahar l-ħabs wara li ammetta li seraq karozza u li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn sentenzi preċedenti. Huwa kien seraq karozza minn Ta’ Xbiex f’Lulju li għadda.

Ir-raġel kien qed ibati mill-vizzju tad-droga. Hu kien studja biex isir accountant.