Aġġornata: Daħal jispara fi skola primarja, għalliema u student mejta

Għalliema u student ta' 8 snin mietu, u student ieħor jinsab f'qagħda stabbli, wara li raġel ta' 53 sena daħal u spara fuq klassi fi skola primarja.
L-attakk seħħ f’Kalifornja fi skola f’San Bernardino.
Skont Pulizija l-vittmi huma għalliem u żewġ studenti li nqatlu fil-klassi. Dak il-ħin, l-għalliema, li hi martu, kienet qed tagħti lezzjoni fi klassi ta' 15-il student bi bżonnijiet differenti. Żewġ studenti ppruvaw jistaħbew warajha bil-biża', iżda wieħed minnhom miet l-isptar, u ieħor jinsab f'qagħda stabbli.
Skont il-Kap tal-Pulizija ta’ San Bernardino, l-aggressur spara lilu nnifsu ftit tal-ħin wara xħin ħarab mill-iskola.
L-attakk seħħ fil-10:45 ħin tal-post.
Sadanittant, l-iskola primarja, North Park Elementary, ingħalqet.